Grazzi!

Għeżież Ġenituri,

Qegħdin niktbulkom dan il-messaġġ biex nirringrazzjawkom tar-rigal ġeneruż li tajtuna. Ms Sharon, Ms Yanika u jiena apprezzajnih immensament!

Aħna nħeġġukom biex tqattgħu vaganzi sbieħ mat-tfal tagħkom. Għinuhom iqassmu l-ġranet ħalli b’hekk jirrevedu ftit dak li nkunu għamilna f’dan it-term, jaqraw u jiddevertu kuljum. Qattgħu l-ħin magħhom, ħuduhom postijiet ta’ interess bħal postijiet storiċi, forsi xi ġurnata Għawdex, sal-Belt Valletta, xi hike jew picnic 🙂

Grazzi tal-koperazzjoni u s-support li dejjem sibna mingħandkom. Minn qalbna nawgurawlkom il-Milied u s-Sena t-Tajba mimlijin barka u ferħ, lilkom u lill-familji tagħkom.

Dejjem Tagħkom,

Ms Marlene, Ms Yanika & Ms Sharon

 

Li ġejjin huma ritratti tal-kartolina u r-rigal tal-għalliema. Grazzi mill-ġdid!!

 

 

 

IMG_20191219_204603

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment